Fl-aħħar tal-programm tal-bieraħ rajna lil Nicola marret fuq date ma' Allen. Din id-date ħa narawha aktar tard fil-programm tal-lum. Ħafna qed jistaqsu jekk din kinitx xi mossa mit-tim tal-produzzjoni sabiex iġiegħlu lil Dale jgħir xi ftit.

Wiċċ Dale jidher li donnu ma ħax gost iżda kulma deher darba u b'hekk wieħed ma jistax jgħid jekk ir-reazzjoni tiegħu kinitx għad-date ta' Nicola u Allen.  Ilbieraħ ħafna kkummentaw dwar kif Dale qed iġib ruħu ma' Nicola u ħafna kienu li kkritikaw l-attaġjament tiegħu.

Ħafna qalu li hemm bżonn li forsi Nicola tieħu pass lura. Tgħid se tkun qed tagħmel dan? Wieħed jista' jara l-programm tal-bieraħ billi jidħol HAWN.


Gwida.mt