Il-paġna It-Temp Madwarna għadha kemm tat informazzjoni rigward it-temp għal tmiem il-ġimgħa li ġej. Fil-fatt tibda billi tagħti ħarsa lejn dak li qed jiġri fit-temp madwar il-Mediterran.

"Pressjoni għolja tissaħħaħ fuq il-Balkani u l-Greċja u testendi sal-Baħar Jonju u ċ-ċentru tal-Mediterran, iżda fl-istess ħin pressjoni baxxa qed tifforma fil-Punent tal-Mediterran."

Il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej f'pajjiżna hu mistenni temp bnazzi. Fl-istess ħin nhar il-Ġimgħa f'xi ħinijiet hu mistenni riħ qawwi li jaqleb għal moderat aktar tard. Is-Sibt kapaċi jkollna riħ aktar ħafif. Matul dawn il-jumejn it-temperatura tvarja bejn 20°C u 26°C

Rigward il-Ħadd li ġej, it-temp mistenni "isir ftit jew wisq imsaħħab biċ-ċans ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita", b'riħ moderat u bit-temperatra tvarja bejn 22°C u 27°C.


Kyle Zarb