Elyse Penza u Jake Pace, żewġ parteċipanti li ħa jkunu dehru f'żewġ reality shows differenti f'pajjiżna. Lil Elyse Penza rajnieha tikkompeti f'Liquorish tal-2023 filwaqt Jake Pace hu wieħed mill-ġuvintur li jinsabu fil-villa ta' Love Island fejn qed jikkompeti biex issib l-imħabba.

Kienu ħafna fuq il-mezzi soċjali li kkummentaw dwar il-fatt li Jake ifakkarhom ħafna f'Elyse. Jista' jkun li ħafna raw dan ix-xebh minħabba l-fatt li ż-żewġ parteċipanti ta' dan il-programm għandhom għajnejhom partikolari mmens u t-tnejn li huma ta' lewn blu.

Biex tiċċajta fil-grupp pubbliku Love Island Malta Memes, Elyse kitbet, "Ħa nlaqqa' meeting b’urġenza ma' missieri." Kien hemm diversi nies li kkummentaw dwar il-fatt li t-tnejn li huma għandhom karattru tal-ġenn.

Lil Elyse rajnieha f'sensiela sħiħa ta' Liquorish u n-nies ħabbewha verament. Wara l-ewwel episodju tat-tieni staġun ta' Love Island Malta, jidher li n-nies hemm barra ħadu grazzja mal-karattru simpatiku u umli ta' Jake.

Intom taraw xebh?


Emil Calleja Bayliss