Dr Alan Mandell - magħruf bħala the motivazzjonal doctor online - tkellem fuq il-midja soċjali biex iqajjem kuxjenza dwar il-perikli potenzjali li wieħed jara wisq kontenut ta’ films għall-adulti u jimmasturba l-ħin kollu, dan għaliex jista’ jwassal għal problemi ta' erezzjoni fil-futur.

Hu qasam filmat li xxandar fuq il-midja soċjali, fejn Dr Mandell iwissi dwar il-perikli li wieħed jara ħafna pornografija u jimmasturba l-ħin kollu. Dan eventwalment se jwassal għal disfunzjoni erettili - meta ġuvni ma jkunx jista’ jikseb erezzjoni soda jew iżommha għal tul ta’ żmien biżżejjed biex jinvolvi ruħu bis-sħiħ fl-attività sesswali.

Hu jkompli, "l-istimolu sesswali żejjed mhuwiex tajjeb. Qed tgħabbi żżejjed is-sistema ta’ premjijiet f’moħħok li qed tikkawża d-dopamina, dawk il-kimiċi ferħanin li qed jiġu mnixxija mill-moħħ. U eventwalment, inti se tnaqqas l-istimulazzjoni sesswali.

Hu jtemm, "Allura meta tibda taqta’ l-pornografija u timmasturba inqas tara riżultati sinifikanti."


Gwida.mt