Studju li sar minn OnePoll fuq 2,000 persuna juri  l-attivitajiet u l-imġieba tan-nies l-aktar komuni wara s-sess.

L-istudju juri li 70% tan-nies ma jħossuhomx komdi mingħajr ma jinħaslu wara s-sess, speċjalment filgħodu. Minn dan is-70%, l-aktar kienu rġiel.

Dan ifisser li li tinħasel hija l-aktar attività komuni wara s-sess. It-tieni l-aktar attività komuni hija l-irqad filwaqt li t-tielet l-attività l-aktar komuni hija l-mistrieħ jew tgħanniq mas-sieħeb jew sieħba.

Ħafna nies jippruvaw ukoll isegwu l-parir mediku komuni li tgħaddi l-awrina wara s-sess biex jevitaw batterji u xi infezzjoni.


Gwida.mt