Qatt tħajjart issiefer imma ħadd ma ried jiġi miegħek? Ġieli kkunsidrajt tmur waħdek? 

Is-solo-travelling huwa kunċett li kulma jmur qed isir rinonimat ġmielu, speċjalment maż-żgħażagħ. Is-solo-travelling huwa meta tiddeċiedi li ssiefer fil-kumpanija tiegħek innifsek u b’hekk ikollok iċ-ċans li tesplora dak kollu li trid int. 

Ir-riċerka turi li s-solo travelling jgħinek tkabbar il-kunfidenza fik innifsek, kif ukoll iħalli effetti pożittivi mentalment. 

Iżda, minn fejn se nibda? 

Dawn huma xi ideat ta’ x’tista’ tagħmel: 

  1. Sir familjari mal-post li sejjer fih 
  2. Agħżel żoni mingħajr periklu 
  3. Evita li toħroġ waħdek fid-dlam 
  4. Kun lest/a li tadatta l-ippjanar skont dak li ssib fil-post
  5. Tkellem ma’ min diġà għamel esperjenza simili 
  6. Ingħaqad fi gruppi onlajn ta’ ‘solo-travellers’ 

Mela, x’qed tistenna biex tmur fejn dejjem xtaqt? Agħmel kuraġġ dan is-sajf u esperjenza dak kollu li tixtieq qalbek!

Wendy Rose Gould / verywellmind.com 


Kylie Ann Chircop