Il-Membru Parlamentari Ray Abela fuq il-mezzi soċjali tiegħu dalgħodu kiteb, "Dalgħodu waqt mixja fit-toroq taż-żona ta’ Wied iż-Żiju, knisja ta’ Sant’ Antnin u Park tal-Familja ltqajt ma’ dan. Ma nistax nifhem kif għad fadal nies bla kuxjenza li flok ma jċemplu għas-servizz b’ xejn tal-bulky refuse lil kunsill, qisu jagħmlu apposta."

Hu jkompli, "Skużawni imma din hija arroganza grassa u jeħtieġ illi min jinqabad jingħata multi ħafna akbar. Donnu f’ dan il-pajjiż, dawn in-nies li ma’ jimpurtahomx - din hija l-unika mod ta’ kif jirregolarizzaw. Meta jinqabdu fil-fatt u jaqalgħu xi multa ta xi €150 malajr tarahom ġejjien igergru li ma jridux jivvutaw."

Hu jżid, "Għadni kif infurmajt u tlabt lill-Kunsill Lokali Marsaskala u lil Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division sabiex jikkoperaw u jekk nistgħu nintervjenu."

Facebook / Ray Abela


Emil Calleja Bayliss