Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, ħabbar skema ġdida għall-Kunsilli Lokali madwar Malta.

Din l-iskema tħeġġeġ il-Kunsilli Lokali sabiex iħawlu siġar taż-żebbuġ u l-larinġ fil-lokalitajiet tagħhom.

Fuq Facebook kiteb “Qed inkomplu naħdmu sabiex l-irħula u l-ibliet tagħna jkomplu jissebbħu permezz ta’ siġar bħal dawn. Din l-inizjattiva anke timxi id f’id mal-ħidma tal-gvern sabiex pajjiżna jkollu aktar żoni ħodor sabiex jitgawdew mill-pubbliku.”

Kull Kunsill Lokali jista’ japplika għall-iskema sal-31 ta’ Mejju li ġej billi jidentifika żona għat-tħawwil tas-siġar u se jkun eliġibbli għal finanzjament għal minimu ta’ ħamsin siġra. 

X’taħsbu minn inizjattiva bħal din? 


Marija Bellia