L-antiċipazzjoni qed tiżdied għall-akbar avveniment tax-xiri tas-sena. Black Friday, sinonima ma’ offerti mill-aqwa u skontijiet meraviljużi. Sitt ħwienet tal-ħwejjeġ għandhom offerti li ma tistgħux titilfu.

Ħejju ruħkom biex tmorru tixtru u ssibu dak li tassew tixtiequ għall-prezzijiet li se jkomplu jħajrukom tixtru, b'offerti irresistibbli tal-Black Friday li qed jistennewkom f'dawn is-sitt ħwienet. Lesti biex issibu l-aktar bargains tal-istaġun?

Matalan

Offerti li assolutament m’għandekx titlef f'Matalan fil-Black Friday. L-istokk kollu huwa bi 30% skont u stili differenti qed joffru 50% skont, minbarra prezzijiet tal-bligħ oħra! F’Matalan issib dak kollu li għandek bżonn għad-dar u lbies għall-irġiel, għan-niesa u għat-tfal.

Offerti ġenwini tal-Black Friday f'Matalan mill-Ġimgħa 24 sat-Tnejn 27 ta' Novembru. Tista' tixtri wkoll fuq: https://matalanshop.camillerigroup.com/

Jules

Appell għall-irġiel kollha li jridu jibdlu l-gwardarobba tax-xitwa tagħhom minn Jules. Ixtri 2 oġġetti jew aktar u ikseb 30% skont! Barra minn dan tista' tikseb ir-rigali tal-Milied għall-irġiel f'ħajtek!

L-offerta tal-Black Friday hija valida fil-ħwienet kollha mill-Ġimgħa 24 ta’ Novembru sat-Tnejn 27 ta’ Novembru. Jules: The Plaza, Sliema – Merchants Street, Valletta – Pama Shopping Mall, Mosta & Daniels Mall, Hamrun.

Lipsy

Skopri l-istil tal-istaġun li żgur jappella għal kulħadd. Ilbiesi tal-aħħar moda, ilbies fin u tal-aqwa kwalità u lbies tal-okkażjoni li bih żgur se tiġbed l-attenzjoni.

Ikseb 25% skont fuq l-istokk kollu mill-Ġimgħa 24 ta’ Novembru sat-Tnejn 27 ta’ Novembru. Żur Lipsy, Pama Shopping Mall fil-Mosta.

Morgan

Għand Morgan tispikka l-eleganza kontemporanja. Tibdiliet femminili għal kull okkażjoni. Morgan qed joffri 25% skont mill-istock kollu u diversi stili huma b'50% skont!

Żur Morgan u ixtri xi ħaġa għalik innifsek, xi ħaġa speċjali la mingħand Morgan! Offerta valida mill-Ġimgħa 24 ta’ Novembru sat-Tnejn 27 ta’ Novembru. Morgan – Pama Shopping Mall- Mosta, The Plaza - Sliema, Merchants Street – Valletta & Victoria – Gozo.

Mothercare

Dak kollu li għandek bżonn għat-tfal żgħar tiegħek taħt saqaf wieħed! Iffranka bil-kbir mingħand Mothercare f'Black Friday fejn qed joffru 30% skont fuq diversi linji ta’ ħwejjeg, filwaqt li hemm skont ta' 50% fuq prodotti oħra!

Mothercare ukoll għandu xi offerti meraviljużi fuq prodotti li ghandek bzonn ghat-tarbija tieghek. Żur Mothercare bejn il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru u t-Tnejn 27 ta’ Novembru biex tara int ukoll l-offerti tagħhom! Mothercare – Sliema, Valletta, B’Kara, Fgura & Gozo.

Promod

Sib l-aħħar moda tal-ħwejjeġ tan-nisa għand Promod. Promod hija marka tal-moda Franċiża bi ħwejjeġ perfetti u fini. Promod toffrilek stil li hu perfett għall-figura tiegħek u magħmul b'tant reqqa. Gawdi kull mument fil-ħajja b'moda irresistibbli b'kuluri varjati.  Issib dak kollu li għandek bżonn minn ħwejjeġ każwali għal smart.

Żurhom nhar il-Ġimgħa 24 ta' Novembru jew is-Sibt 25 ta' Novembru u ikseb 20% skont fuq l-istock kollu. Promod: The Plaza – Sliema, Pama Shopping Mall – Mosta, Merchants Street – Valletta, Daniels Mall – Hamrun, The Duke – Gozo.

Għandek xi ħanut favorit minn dawn? 


Gwida.mt