Is-sit LADbible qasmu l-istorja ta' Elena Austin, żagħżugħa ta' sbatax-il sena li r-relazzjoni tagħha ma' Martin Bennett, ta' tletin sena, bidlitha totalment.

Spjegat kif hi u Martin iltaqgħu fis-sajf tas-sena l-oħra. Minkejja d-distakk fl-età, Elena u Martin urew interess kbir f'xulxin mill-ewwel, iżda malli għadda s-sajf ma baqgħux jitkellmu wisq. F'Ottubru ta' wara però, inzertaw daħlu jaħdmu mal-istess kumpanija. Kien hawnhekk li pprovaw ikomplu r-relazzjoni tagħhom.

Ma' LADbible, Elena spjegat kif qabel din ir-relazzjoni kienet tfajla kwieta, riservata, u mistħija. Iżda ammettiet li l-kollegi ġodda tagħha influwenzawha ħafna u ħeġġewha tinbidel għal Martin, li kien qed isibha diffiċli jerġa' jibda relazzjoni magħha. Elena, mingħajr ma taf, spiċċat saret tfajla ferm iżjed fuq ruħha bl-għan li togħġob lil Martin, u rnexxielha.

Qalet, "Sirt persuna oħra għalih u ma jiddispjaċiniex." Tant inbidlet u rabbiet kunfidenza li llum Elena hija wkoll mudella, u diġà qed tikseb ċerta popolarità fl-industrija.


Gwida.mt