Il-Greċja se tniedi drones u tinstalla sensuri tat-temperatura tal-foresti biex ittejjeb it-tifi tan-nar preventiv, qal il-Prim Ministru tal-pajjiż, wara kritika mill-attivisti tal-klima dwar ħruq devastanti tan-nirien mifruxa għal kważi ġimgħatejn.

Nirien mifruxa fir-reġjun tal-Grigal ta’ Evros, l-iktar nirien qattiela fl-Ewropa dan is-sajf, komplew jaħarqu għall-14-il jum nhar il-Ġimgħa wara li qatlu mill-inqas 20 persuna.

In-nirien enormi, l-akbar nirien li qatt ġew irreġistrati fl-UE, qerdu eluf ta' djar u għajxien u inħarqu foresti kbar.

Il-qalb tal-Griegi dehret f’ritratti li ħarġu fejn jidhru qed isalvaw l-annimali tagħhom min-nirien.

GreekReporter


Bernard Xuereb