Il-paġna ‘It-temp Madwarna’ ħabbret li wara l-ġurnata sabiħa li kellna, kurrenti meridjonali mix-Xlokk ser iġibu sħaba kbira tar-ramel fi tmiem il-ġimgħa. Dan ser jirriżulta f’riħ qawwi u buffuri, li ser jinħassu lokalment. Mit-Tnejn imbagħad, ser nistennew xita tal-ħamrija b’riħ fuq.

Żgur mhux forsi li ser naraw ħafna nies jaħslu l-aperturi u l-karozzi wara x-xita tal-ħamrija li ser tagħmel!


Nicole Zammit