Gabriel Lia, produttur u preżentatur tal-programm BTW fuq 103 Malta's Heart u l-kittieb tal-iskript ta' bosta programmi televiżivi, kiteb poeżija bbażata fuq il-frażi li kisbet popolarità grazzi għal Dale ta' Love Island: "Relax bello".

Fil-versi naraw l-istat ta' pajjiżna bħalissa. Jindirizza problemi bħalma huma l-qtugħ tas-siġar, it-toroq perikolużi u traffikużi, il-bini bla rażan, il-kummerċjalizzazzjoni sfrenata, l-arja mniġġsa, fost oħrajn.

Bis-satira poetika tiegħu, qed jipprova jħeġġeġ lin-nies iqumu fuq saqajhom u jitkellmu dwar kwistjonijiet bħal dawn għax jekk jirrilassaw wisq, kollox jibqa' għaddej qisu xejn mhu xejn u l-pajjiż ikompli jinqered.

Ħeġġeġ ukoll lin-nies biex għada jattendu għall-protesta li se ssir fejn il-Funtana Tritoni, bl-isem ta' Xebbajtuna! Bidla fl-Ambjent u l-Ippjanar ISSA! Għal aktar dettalji dwar din il-protesta, agħfas HAWN.

Facebook / Gabriel Lia


Bradley Cachia