Lil Francesca Rausi kemm-il darba rajna l-kisbiet tagħha fid-dinja tal-immudellar, għal snin sħaħ! Jidher li din it-tifal ħelwa u bravissima qed tmur tajjeb immens anke fil-kant.

Waqt li tkompli turi li meta tkun down syndrome, ma għandek xejn u xejn inqas, ommha Michelle Rausi xtaqet turi l-ferħ tagħha u tawgura li lbintha wara ċ-ċertifikat li għadha kemm irċeviet.

"U Fran Terġa' tagħmilha! Tant kburija b’din it-tfajla żgħira! Kisbet merit fl-eżami tal-kant u dalwaqt ġejja opportunità kbira!" Michelle tirringrazzja lil kull min kien hemm għal Francesca tul il-karriera li bdiet fil-kant.

"Fran qatt tieqaf temmen fik innifsek, int tifla soda! Inħobbuk immens!," kompliet Michelle waqt li xerrdet ritratt ħelu ta' Francesca iżżomm iċ-ċertifikat. Nifirħulha minn qalbna għal dan ir-riżultat u għal aktar suċċessi!


Kyle Zarb