F'stabbiliment tal-ikel popolari fil-Kambodja, raġel fega f'għadma li sab f'chicken nugget.

Il-gazzetta The Cambodia Daily irrapurtat li r-raġel ta' 33 sena, Chakara Pali, kien qiegħed mal-familja tiegħu - martu u ż-żewġ uliedu - jiekol ġewwa l-ħanut tal-ikel ġewwa l-belt kapital ta' Phnom Penh.

Hu kien qed jiekol l-ikel li ħalla t-tifel tiegħu. Malli mar biex jiekol l-aħħar chicken nugget, ħadha sħiħa, u bela' għadma li b'xi mod sabet ruħha ġewwa ċ-chicken nugget.

Skont l-istess rapport, il-ħaddiema tal-istabbiliment ma kellhomx idea kif spiċċat hemm dik l-għadma. Sfortunatament, ħadd ma laħaq salvah u spiċċa miet fuq il-post. Il-familja tiegħu issa qed tfittex lill-kumpanija li fetħet il-franchise tad-ditta tal-fast food rinomata fil-Kambodja bil-qorti.


Bradley Cachia