Ken Prout, raġel ta' 72 sena, ibati minn kundizzjoni permanenti li tissejjaħ 'paraliżi tad-dijaframma'. Din wasslet biex l-istonku tiegħu tela' lejn sidru u minħabba f'hekk ilu 70 sena jbati biex jieħu n-nifs.

Id-dijaframma, li hi responsabbli mill-funzjoni tal-pulmun u l-ippustjar tal-organi, ma kinitx qed tiffunzjona sew f'Ken, u dan wassal għal din il-problema. Dan il-moviment tal-istonku wassal ukoll għal episodji frekwenti ta' remettar, tnaqqis fil-piż, u qtugħ ta'nifs.

Ken għażel li jagħmel operazzjoni riskjuża biex il-pulmun ikun jista' jesa' iżjed arja. Iżda waqt l-operazzjoni skoprew li d-dijaframma ta' Ken hija rqiqa wisq, u dan jaf jaffettwa b'mod ħażin ir-rata ta' suċċess tal-proċedura.

Il-proċess kollu ta' Ken ixxandar fuq il-programm televiżiv Surgeons: A Matter of Life or Death, fuq Channel 5.

Channel 5


Bradley Cachia