Il-paġna tal-Kunvent ta’ Santa Tereża f’Bormla qasmet kitba b’aħbar dwar żieda ta quddiesa ġdida b’differenza.

Mill-Ħadd li ġej “Fr Jason se jibda jqaddes Quddiesa (Rit Latin) bil-Malayalam fil-Knisja ta’ S. Tereża.” Il-Malajam hija lingwa tal-Kerala, stat fl-Indja. Dun Jason Puthumadasser huwa patri mill-Kerala li ngħaqad mal-komunità reliġjuża fil-Knisja ta’ Santa Tereża f’Bormla. 

Huma jiktbu li “Kull minn telaq pajjiżu u ġie jgħix pajjiżna żgur li ma għamilx dan b’kapriċċ.” Għalhekk, “din il-komunita’ numeruża li tgħix fostna, se jkollha Ragħaj ieħor li jkun jista’ jsaħħaħhom fit-twettiq prattiku tal-Vanġelu fil-ħajja ta’ kulljum, u jrawwimhom fl-iskola Tereżjana, skola li hi minjiera ta’ Spiritwalità profonda, promossa b’qawwa kbira mil-Knisja Universali.”

Prosit tassew lill-Knisja ta’ din l-inizjattiva!


Marija Bellia