"Qattajt disa' xhur nipprepara għal ħlas naturali," stqarret il-kantanta Jessie J fuq Instagram.

Spjegat kif għalkemm żammet dieta stretta, użat l-EPI-NO, għamlet il-yoga, marret tgħum kemm tista', użat metodi ta' hypnobirthing, fost ħafna affarijiet oħrajn, kienet lesta biex jekk ma tkunx tista' teħles b'mod naturali, teħles kif hemm bżonn. 

Kitbet li meta n-nies kienu jistaqsuha x'inhu l-pjan tagħha biex teħles kienet tgħidilhom li lesta ċċedi għall-iktar metodu sigur, anke jekk mhux naturali, basta binha jasal qawwi u sħiħ.

Binha, kif qalet hi, fettilu jdur bil-maqlub u kien ukoll daqsxejn ikbar minn trabi oħra. Minkejja li għamlet sforz kbir biex idur, baqa' kif kien u kellha twelldu ċesarja. Il-filmat li qasmet, li fih tidher tiżfen, ittieħed ħames minuti qabel daħlet biex teħles.

View this post on Instagram

A post shared by Jessie J (@jessiej)

Temmet billi kitbet, "Ħlist u qtajt xewqti għax, fl-aħħar mill-aħħar, għandi lilu. Dak biss jimporta għalija."

Facebook & Instagram / Jessie J


Bradley Cachia