Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Meyshka, kelba li għandha 12-il sena iżda li s’issa għadha ma sabitx familja li tħobbha.
Huma qalu, “jisimni Meyshka u għandi madwar 12-il sena. Qaluli li issa wasalli ż-żmien għall-pensjoni, iżda sfortunatament mhux qed ingawdih kif suppost, peress li magħluqha ġo gaġġa. Il-voluntiera, kif ukoll il-ħaddiema ta’ l-Animal Welfare jħobbuni, iżda ejja ngħidu l-verita, l-imħabba li tiġi m’għand familja, hi imprezzabbli.”
Żiedu jgħidu, “jiena kelba kalma u nħobb il-passiġġati fil-kampanja iżda nixtieq li jkolli mumenti ta’ mistrieħ fuq xi sodda komda. Oriġinarjament, kienu sabuni f’kundizzjoni pjetuża, fejn kont mimliha tumuri u kif ukoll kelli l-utru barra. Illum il-ġurnata ninsab aħjar, iżda qaluli li jixraqli li nsib familja, jew tal-inqas foster home. Tafu lil xi ħadd li jista’ joffrili l-imħabba li finalment tixraqli?”
Facebook/Animal Welfare Gozo