Il-grupp favur id-drittijiet tal-annimali Animal Liberation Malta, organizzawprotesta fuq il-Pont tal-imdina lbieraħ bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li jiġu pprojbiti l-karozzini.

“Fl-2023 ma hemmx aktar bżonn li jiġu sfruttati l-annimal, speċjalment għal attività bla bżonn bħal din,” huma qalu dwar il-karozzini. “Inkunu nixtiequ nistiednu lis-sewwieqa tal-karozzini biex jiġbdu l-karru huma stess, speċjalment fis-sħana tal-biża’ tasSsajf. Iżda m'għandhomx bżonn. Jistgħu sempliċement jaqilbu għal vettura elettrika, jew kwalunkwe invenzjoni oħra li kemm jista’ jkun tnaqqas kwalunkwe impatt negattiv.”

“Fil-fatt, filwaqt li xi sewwieqa rredikolaw il-kawża b'mod persistenti, oħrajn kienu raġonevoli biżżejjed biex iżommu konversazzjoni deċenti. Imma għalkemm sostnew li jħobbu lil dawn l-annimali, diversi xorta ammettew li jħobbu biċċa laħam taż-żiemel. Għax hekk jispiċċaw meta ma jibqgħux jagħmlu qligħ dawn iż-żwiemel– maqtula.”

“Aħna nemmnu li ż-żwiemel għandhom igawdu l-libertà fis-selvaġġ (li Malta ma tistax tipprovdi), 'il bogħod minn kull bit, riedni, gullets u kull tagħmir li jillimita lil dawn iż-żwiemel għall-iskjavitù. Għax jekk mhumiex skjavi, huma ħielsa?”

Facebook/Animal Liberation Malta


Bernard Xuereb