Il-mużiċist Joven Grech daqq waqt ċelebrazzjonijiet mill-isbaħ tar-regatta ġewwa raħal twelidu, fosthom l-innu li kien ħoloq mill-ġdid 25 sena ilu. 

Hu kiteb, "Pjaċevoli u emozzjonali fl-istess ħin. Indoqq waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tat-22 sena Regatta ta' Raħal twelidi. Tassew ħadt gost!" Isemmi t-tradizzjoni li jħaddnu hu u sħabu, magħrufa bħala tal-Pruljat, "Tipo… Jew tispiċċa bl-innu jew baħar."

Joven jikteb li fl-għeluq ta' dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, spiċċa bl-innu msemmi. 


Kyle Zarb