Ix-xogħol tal-Enemalta plc naturalment ma jieqaf qatt, u dan sikwit juruh permezz ta’ kitbiet fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook. Xi drabi jkun hemm il-bżonn li jingħalqu xi toroq, u permezz ta’ kitbiet bħal dawn in-nies ikunu avżati. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, illum huma avżaw li triq direzzjoni Gudja taf tiġi magħluqa minħabba xi xogħol.

Huma qalu, “din il-ġimgħa qed nibdew xogħlijiet relatati mat-tqegħid ta’ cables tal-11-il kilovolt f’parti minn Triq Ħal Tarxien, il-Gudja. Parti minn din it-triq, direzzjoni Gudja, tista’ tkun magħluqa waqt dawn ix-xogħolijiet. Qed naħdmu biex inlestu dan it-tisħiħ tan-netwerk mill-aktar fis. Grazzi tal-koperazzjoni.”


Charlton Cefai