Is-snien huma fost l-iktar partijiet minn ġisimna li jaqilgħulna l-problemi, nistgħu ngħidu! Xi wħud aktar minn oħrajn. Dan hekk kif huma parti minn ħalqna li l-iktar hemm bżonn nieħdu ħsieb b'mod konsistenti.

Li jinżammu s-snien nodfa hu dmir ta' kull wieħed u waħda minna, irrelevanti jekk inbatux minn xi ħaġa jew oħra. Madanakollu, id-direttorat tas-saħħa, permezz tal-paġna Health Promotion and Disease Prevention Directorate jgħaddi parir mediku lill-persuni dijabetiċi.

Hu jpoġġi l-mistoqsija, "Għaliex huwa importanti għall-persuni bid-dijabete li jieħdu ħsieb ħalqhom?" It-tweġiba hi li meta persuna dijabetika tieħu ħsieb l-iġene ta' snienha u ħalqha inġenerali, jgħin biex il-livelli ta' glucose fid-demm jinżamm taħt kontroll. 

Għaldaqstant hu importanti li s-snien u l-ħanek jitnaddfu kif suppost b'mod frekwenti. Xerred din ma' sħabek, speċjalment dawk li din ser tinteressahom.


Kyle Zarb