Bħalissa l-programm Love Island huwa wieħed mill-iktar programmi favoriti fost il-Maltin. Sabrina hija l-ewwel u l-unika parteċipanta s’issa li ddeċidiet biex titlaq mill-programm. Minkejja l-ħin qasir tagħha f’Love Island, hi rnexxielha tisraq il-qlub ta’ mijiet ta’ telespettaturi bil-karattru ferrieħi tagħha.

waqt il-programm Niskata, hi tkellmet dwar l-esperjenza tagħha, inkluż it-tim wara dan il-proġett. “Hemm tim sħiħ jieħu ħsiebna 24/7. Ma jonqosna xejn, li jkollna bżonn iġibuhulna” qalet. Sabrina stqarret li applikat għal dan il-programm għax ħajruha sħabha, u aktar ma beda jgħaddi ż-żmien u jeqreb il-programm, aktar beda jikber l-eċitament.


Nicole Zammit