Il-kantant lokali u rebbieħ tal-Għanja Tal-Poplu 2023, Christian Arding, kiteb messaġġ bl-isbaħ xewqat lill-maħbuba tiegħu, l-attriċi Graziella Montebello, hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha.

Lil Graziella rajnieha f'diversi produzzjonijiet lokali popolari fosthom Qegħdin Sew, Simpatiċi u anke Id-Dar Tas-Soru. Jidher li ser inkunu qed narawha parti mill-kast ta' produzzjoni fl-iskeda l-ġdida, bl-isem Erbgħa għal Erbgħa

Il-kantant xerred anke ritratt mill-isbaħ flimkien għall-okkażjoni waqt li kitbilha, "Happy birthday lill-imħabba ta' ħajti Graziella. Jalla tgawdi din il-ġurnata bil-kbir qalbi. Nikbru, nixjiehu u nisbieħu."

Awguri mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt Graziella!

Facebook/ Graziella Montebello


Kyle Zarb