Lorry Schembri, magħruf bħala tal-arloġġi, dejjem inissel tbissima fuq fomm dak li jkun. Din id-darba mar jagħti sorpriża lil Ryan Calleja b'arloġġ b'wiċċu u ismu fuqu!

Ryan tassew apprezza dan il-ġest u kiteb "kelma waħda hemm.. GRAZZI! Raġel twajjeb u gustuż wisq!" Ryan stqarr li verament ammira s-saħħa li għandu Lorry, ir-reżiljenza biex jilħaq il-ħolma tiegħu u l-kuraġġ biex jaffaċċja l-ħajja minkejja l-esperjenzi tiegħu.

Dwar dan il-ġest kiteb ukoll "Kemm nieħu gost niltaqa’ ma’ nies fis-soċjetà tagħna li jagħmlu l-ġid għax meta tagħmel il-ġid, tħossok tajjeb."

Kemm huma sbieħ is-sorpriżi u t-turija t'apprezzament lejhom! Prosit kemm lil Lorry, kif ukoll lil Ryan.


Marija Bellia