Josette Busuttil minn dejjem xtaqet li ssir omm, iżda din ix-xewqa ma ġithiex b’mod faċli. Għaċ-ċelebrazzjoni ta’ jum l-omm għada, qasmet l-istorja tagħha biex tagħti kuraġġ lil dawk li għaddejjin mill-istess ħaġa li għaddew huma. “Ta' 20 sena, 6 xhur biss qabel it-tieġ tiegħi kelli nidħol b' emerġenza l-isptar u jsibu dak li qatt ma' immaginajt li seta kelli - 18cms cyst fl- għanqud ma l-utru li irriżulta sabiex nitlef in-naħa tal-lemin kollu f' operazzjoni maġġura. 24 ta'Mejju 1991, it-tieġ xorta waħda sar bil-biża ġo fija li jiena qatt ma nista nsir omm. Operazzjoni fuq operazzjoni sakemm jerġa jiffaċċa fuq in-naħa tax-xellug. Issa, xejn ma kien possibli sabiex jien nikonċepa” kitbet.

Wara ħafna operazzjonijiet, u 12-il sena stennija, Josette donnha bdiet titlef it-tama li xi darba ssir omm. “Ħafna qaluli biex nagħmel pregnancy test għaliex bdejt nizdied fil-piż - dħakt bihom għaliex naf li jiena qatt ma stajt nkun omm .. bil-provi. Izda 6 xhur wara wellidt lil binti, Mariah. Binti li hija iddikjarata miraklu ħaj” tenniet.


Nicole Zammit