Il-paġna tat-temp Maltese Islands Weather qasmet fuq Facebook aġġornament tat-temp dettaljat għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Novembru. 

Jidher li ħa jkollna "temp varjabbilment imsaħħab bi ftit ħalbiet iżolati tax-xita" bl-ogħla temperatura ta' 21°C u tinħass 20°C u l-inqas 17°C (tinħass: 15°C). 

Barra minn hekk, ir-riħ mistenni jkun mill-"Punent Majjistru Forza 5 għal 6 matul il-jum, li jsir Majjistral Forza 4 għal 5 filgħaxija." L-ammont ta' xita previst huwa 1 mm sa 6 mm u l-indiċi UV mistennija tkun 2, jiġifieri pjuttost baxxa.  


Marija Bellia