Il-Prim Ministru ta' Malta, Robert Abela, esprima l-kburija tiegħu rigward is-sitwazzjoni ekonomika f'Malta, permezz ta' kitba fuq il-profil tiegħu ta' Twitter.  

Hu kiteb, "Minkejja l-inċertezza ekonomika internazzjonali li qed tikber, Fitch Ratings ikkonfermat għal darb’oħra l-klassifikazzjoni tagħha ta' A+ għal Malta. Huma nnotaw li l-ekonomija tagħna qed tmur aħjar mill-bqija tal-Ewropa, b'investiment għoli... u inflazzjoni relattivament limitata."  Ġie nnutat ukoll li r-rata ta' qgħad qiegħda baxxa tant li ntlaħaq rekord. 

Prosit!  Għandna nkunu kburin ilkoll.


Marija Bellia