Mill-inqas 23 persuna mietu u għexieren sfaw midruba hekk kif tromba u maltempati bir-ragħad qawwija laqtu l-istat ta' Mississippi nhar il-Ġimgħa 24 ta' Marzu. Dawn qerdu anke bini u kkawżaw qtugħ fl-elettriku minħabba l-ammont qawwi ta' silġ li niżel, kbar daqs il-blalen tal-golf!
Jidher li sfortunatament in-numru ta' mwiet mistenni jiżdied.
Il-meteorologi kienu raw riskju kbir ta’ tromba ġejja għar-reġjun ġenerali minn madwar ġimgħa qabel. Il-gvernatur ta' Mississippi, Tate Reeves, kiteb fuq Twitter “It-telfa se tinħass f’dawn l-ibliet għal dejjem. Itolb biex Alla jżomm idejh fuq dawk kollha li tilfu l-familji u l-ħbieb.”
Nittamaw li n-numru ta' mwiet ikun minimu kemm jista' jkun. Kondoljanzi lill-qraba ta' dawk li tilfu ħajjithom.