Danita li tmexxi l-blog One Chick and a Yorkie, ilbieraħ qasmet messaġġ mill-isbaħ mas-segwaċi tagħha, fuq l-esperjenza tagħha bħala omm Lenny. “Meta twelidt, bkejt għax bdiltli ħajti, bkejt għax ma bqajtx inħossni jien, migħajrek maġenbi kont nibża’ li jiġrilek xi ħaġa u kont naħseb li jien biss naf nieħu ħsiebek. Kuljum bdejt inħobbok aktar u kont ngħid kif jista jkun l-imħabba tista’ tibqa’ tikber? Jien erġajt bdejt inħossni normali u b'hekk il-ħin tagħna flimkien ġie isbaħ. Il-biża’ li kelli bdiet titlaqli għaliex jien erġajt bdejt inħossni jien” kitbet Danita.

Hi kompliet billi qalet li l-isbaħ ħin huwa dak li tqatta’ ma’ binha, u speċjalment issa li qiegħed jikber u jibni l-karattru uniku tiegħu.


Nicole Zammit