Fuq il-paġna uffiċjali TA' GERIT, id-direttur Desier Debono qasam messaġġ mill-isbaħ lill-għażiża Alison Abela. Attriċi lokali bravissima li wkoll nafuha bħala Marija fis-sensiela TA' GERIT.

"Illum Marija tagħna, Qed tiċċelebra għeluq sninha. Alison Abela. Attriċi brava, responsabbli u preċiża. Dedikata u ta' valur. Dan ir-ritratt, nagħżlu minn fost il-ħafna li hemm, għax nara wisq lil Marija, tipika kif ħlaqtha jien. Awguri Alison u grazzi tas-sehem kbir tiegħek. Mingħand it-tim kollu."

Lil Alison rajnieha wkoll f'produzzjonijiet bħal Midinbin, Becky The Return. Ingroppi, Il-Klikka u F'Salib it-Toroq. Awguri minn qalbna għażiża Alison!

Facebook/ Alison Abela/ Cg Photography Charlot Grima


Kyle Zarb