Ġewwa Oldham fir-Renju Unit, mara tqila ta’ 38 sena spiċċat vittma wara li xufier baqa’ dieħel fil-karozza pparkjata tagħha waqt li hi kienet qed twieġeb telefonata. Sfortunatament, magħha fil-karozza kien hemm iż-żewġt uliedha ta’ disa’ snin u sentejn kif ukoll in-neputi t’4 snin. Il-wild il-kbir tagħha kif ukoll in-nepputi jinsabu f’koma. Frankie Hough ftit qabel l-aċċident tat-traffiku kienet għadha kemm qed tiċċelebra li se jkollha tifla.

Adil Iqbal, il-ġuvni ta’ 22 sena li kkawża l-mewt ta’ din il-mara jinsab arrestat wara li kkawża mewta b’sewqan perikoluż li saħansittra tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu.

Tistrieħ fis-sliem, u nittamaw li ż-żewġ ċkejknin jirkupraw ma jdumux.

Facebook/ Frankie Hough


Charlton Cefai