Dalgħodu fuq il-mezzi soċjali, l-eks Membru Parlamentari Clyde Puli xtaq jawgura lill-għeżież ġenituri tiegħu fil-jum speċjali tagħhom meta qalu s-signor si. Fil-fatt Clyde kitbilhom messaġġ qasir mill-qalb fl-okkażjoni tal-anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

"Ma u Pa Awguri f'din il-ġurnata speċjali. Awguri fl-Anniversarju," kiteb Clyde. Xerred anke ritratt mill-isbaħ għall-okkażjoni fejn jidhru bi tbissima.

Awguri mill-qalb lill-ġenituri ta' Clyde! Nawgurawlhom aktar snin ta' saħħa, imħabba, hena u kull ma tixtieq qalbhom!


Kyle Zarb