Fuq il-mezzi soċjali tiegħu John Bundy jaqsam ritratt u jikteb, "Jien persuna li dak li għandi ngħid ngħidu, dejjem attent li meta niftaħ ħalqi jkolli xi ħaġa xi ngħid u mhux biex inkun għidt xi ħaġa, inżomm dejjem f'moħħi li għandi nkun prudenti imma ċar."

John ikompli billi jgħid, "Ta' dan nirringrazzja lill-għeżież ġenituri tiegħi u lill-għalliema kollha li kelli tal-mod kif għinuni nifforma l-karattru tiegħi. Ommi u missieri dejjem saħqu miegħi biex ngħid dak li hu u nitkellem biss fuq dak li nkun rajt u smajt. Dejjem tambruli sabiex inkun twajjeb u meta nkun irrabjat għandi nagħżel biss l-arma tas-skiet, sakemm nikkalma."

Hu jżid, "Missieri dejjem kien jgħidli, 'ibni l-aktar ħaġa importanti f'ħajtek għandha tkun il-kelma, meta din tagħtiha żommha sal-mewt għax inkella m'int xejn u ħadd.' Is-saċerdoti tal-kulleġġ ta' San Pawl dejjem urewni l-aħjar triq għas-suċċessi tal-ħajja u kienu jgħiduli li meta nfalli f'dak li naghmel għandi nieħu dak il-mument bħala esperjenza u mhux bħala telfa."

John ikompli jispjega, 'Illum, għal ftit, ħin xtaqt li kont il-kontra ta' dak kollu li ġejt mgħallem u li ssawwar ġo fija. Illum li qed nixjieħ bdejt ninduna li aktar ma tkun giddieb, ipokrità u pupazz aktar tirnexxi u tasal fejn trid u kważi tibda temmen li moħħok telaq. Aktar ma tkun kapaċi tabbuża l-ħajja aktar tkun stmat u apprezzat. Il-ħajja sabiħa iżda n-nies tbiddlu, illum qed ngħixu fi żminijiet fejn l-ipokresija qed titmana u l-verità tbeżżagħna."

Fuq il-midja soċjali hu jkompli, "F'daqqa waħda ġejt f'tiegħi u rrealizzajt li jekk se nipprova mmur f'dik il-kategorija se nfalli bl'ikrah għax m'iniex kapaċi nkun b'żewġ uċuħ u erġajt lura għas-sensi u raġuni li dejjem għext. Fejn l-abjad ngħidlu abjad u l-iswed ngħidlu iswed, ma nċedix għat-theddid, ma nipparteċipax fl-ipokresija, ma nibżax mill-verità u niffaċċja l-isfidi kollha ghax m'għandix minn xiex nistħi jew nibża'."

Hu jtemm bil-frażi, "Tabbuża qatt mill-paċenzja ta' ħaddieħor."


Emil Calleja Bayliss