Hekk kif illum kulħadd jirritorna l-iskola fuq il-midja soċjali nibdew naraw ħafna ritratti ta’ tfal bl-uniformi u familjari jixtiqulhom sena skolastika tal-ikbar suċċess.

Luca Lorenzo huwa preżentatur fuq ir-radju mal-istazzjon Vibe Fm, u llum iddeċieda li jagħti parir lil dawk kollha li ser jerġgħu jibdew l-iskola: “m’inix l-aħjar persuna li ssaqsi meta tiġi għall-iskola imma jekk ser terġa’ tiba’ llum, nagħtik dawn il-pariri...” beda billi qal Luca.

"1) fejn ma tifhimx, saqsi! Tibqa’ sorpriż xi kultant b’kemm tifhem meta sempliċiment issaqsi

2) jekk tara xi tifel jew tifla waħidhom, mur kellimhom. Mhux għal kulħadd faċli li jkellmu lil xi ħadd, u l-ewwel ġurnata dejjem tkun ftit intimidanti

3) l-iktar ħaġa importanti hi li tirrispetta lill-għalliema! Huma jridu jwassluk għas-suċċess fil-futur!" temm Luca


Nicole Zammit