Fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa kiteb dwar kif ix-xahar ta’ Lulju huwa d-dedikat għall-ġenituri li tilfu t-tfal tagħhom
Hu spjega, “Lulju huwa x-xahar iddedikat lill-ġenituri li tilfu t-tfal tagħhom, sitwazzjoni li ħadd ma jixtieq ikun fiha. Madankollu sfortunatament ħafna jsibu ruħhom fih. Xi wħud minna tilfu tfal li qatt ma kellhom iċ-ċans iżommuhom f'idejhom. Oħrajn żammewhom għal ftit mumenti biss. U oħrajn rawhom jikbru, għożżewhom f'kull stadju ta' ħajjithom, u xorta waħda kellhom jgħaddu minn waħda mill-agħar esperjenza...li jidfnuhom.”
Żied jgħid, “La dan ix-xahar u l-ebda xahar ieħor mhux se jġib lil dawn l-ulied lura. Ma jkissirx is-skiet u l-ħemda li dak li jkun ħass meta daħal lura d-dar wara li ħallewna. Ma jimliex il-cot vojt. Ma jneħħix l-uġigħ li jinfirex fis-satra tal-lejl. Imma jagħtina spazju biex insemmuhom u nitkellmu dwarhom b'vuċi ċara. Vuċi validata u affermata. Jippermettilna imma li nuru n-niket tagħna f'dinja li spiss titħawwad kif se ġġib ruħha quddiem dan it-tip ta' qsim il-qalb....qsim il-qalb li ma jistax jissewwa.”
Facebook / Nicholas Briffa