Danita fuq il-paġna tagħha One Chick And A Yorkie tefgħet post fejn turi l-imħabba tagħha lejn l-għażiża ommha. Fil-fatt propju fil-festa tal-Vittorja hi ċċelebrat għeluq sninha, u għaldaqstant Danita kitbitilha erba' kelmiet sbieħ kif taf hi.

"Lill-aktar persuna għal qalbi. Lill-aktar persuna li dejjem ħabbitni nagħmel x'nagħmel. Lil aktar persuna li għożżitni. Lill-aktar persuna li għalmitni kif ngħix il-ħajja. Lill-aktar persuna li għalmitni nkun jien DEJJEM. Ma, tinbidel qatt, gawdi kull mument kif dejjem tagħmel u ibqa int. Ċajtiera u dejjem naqra bil-minus. Grazzi ta kull ma għamilt u għadek tagħmel magħna. Inħobbuk."

Awguri minn qalbna lil omm Danita!


Gwida.mt