Il-paġna The People of Malta ppubblikat storja oħra, ħelwa u ammirevoli. Din id-darba laqqgħuna ma' Salvu, li għandu imħabba kbira lejn il-muturi , u tkellem dwar dan mat-tim.

“Lil tal-familja ngħidilhom li meta mmut, joħduli ritratt mal-Lambretti u jagħmluhuli fuq il-qabar. Minn meta kont żgħir kelli l-imħabba lejn il-muturi, b’mod speċjali tal-Lambretti. Lambretta nżarmaha u nerġa’ narmaha. Espert fuqhom. Kull min kellu jew għandu Lambretta, hawn jiġi jsewwi."

Salvu jgħid li ftit fadal Lambretti f'pajjiżna, probabbli minħabba li ħafna minnhom ġew mibjugħa. Dawn il-vetturi ħafna drabi anke ġew restawrati l-Ingilterra. Isemmi li meta siefer biex jara 'show' l-Ingilterra, kien ra bosta minnhom li saħansitra kienu għaddew minn taħt idejh.

"Ilni naħdem fuqhom ‘il fuq minn 40 sena," kompla Salvu. The People of Malta xerrdu anke ritratt ta' Salvu mal-muturi. Prosit Salv!

Facebook/ The People of Malta


Gwida.mt