Studju minn xjenzati Svediżi li għamlu permezz ta’ voluntiera rriżulta li jekk ixxomm l-irwejjaħ ta’ nies oħra, jista’ jkun ta’ benefiċċju biex titnaqqas l-ansjetà soċjali. Ix-xjenzati użaw l-għaraq biex jaħdmu fuq dan l-esperiment, u qegħdin jgħidu li meta wieħed ixomm l-għaraq ta’ ħaddieħor, jattiva ċertu rkejjen tal-moħħ relatati mal-emozzjonijiet, u jikkalmak. Madanakollu, għadu wisq kmieni biex jaraw dan huwiex veru, u ser jippreżentaw dan ix-xogħol bikri f’konferenza f’Pariġi dil-ġimgħa.

Duncan Boak, mill-għaqda ‘Fifth Sense’, li taħdem biex tqajjem kuxjenza dwar id-diżordnijiet tax-xamm qal li “nafu li hemm korrelazzjoni bejn is-sens tax-xamm u s-saħħa tagħna. Jekk nitilfu l-abbiltà li nxommu l-maħbubin tagħna jista’ jirriżulta f’dipressjoni.”

 


Nicole Zammit