Il-qtil ta’ Pelin Kaya ħasad lil Malta kollha u kulħadd qed jittama li ssir ġustizzja, għalkemm għaliha huwa tard wisq issa.

Kurt Montanaro kiteb messaġġ lin-nisa Maltin fejn wera l-periklu li l-mara tgħaddi minnu għax imkien ma hu sigur għaliha. Il-messaġġ jidher li jibda fuq nota pożittiva, fejn lil mara jħeġġiġha sabiex tistinka ħalli ssib xogħol tajjeb jew tiftaħ xi negozju u tgħix ħajja tajba. Però malajr ħa spinta oħra dal-messaġġ. “La timxi fit-triq, għati kas li ma jtajjrekx xi proxxmu meħlus fuq pleġġ, mimli droga għas-sempliċi raġuni li ma tajtux wiċċ meta saffarlek,” kompla jikteb Montanaro.

Il-messaġġ jagħlaq fuq nota oħra negattiva fejn wera li kulħadd ser iħobb u jitlob għall-mara, però dan se jsir meta jkun tard wisq u min jaf minn xhiex tkun għaddiet dik il-povra mara.


Henzley  Bezzina