Bħala parti mill-attivitajiet għall-Milied, Sir M. A. Refalo Sixth Form ġewwa r-Rabat Għawdex, ser terġa’ tagħmel l-itwal Christmas Log li qatt sar f'Malta, bil-flus kollha mill-bejgħ ser jingħataw lil Malta Community Chest Fund.

Fl-2017, din l-istess Sixth Form kienet kisret ir-rekord tal-itwal Christmas Log li qatt sar f'Malta, b'tul ta' 101.311 metru.  L-inizjattiva ta' din is-sena, li għandha s-sapport kollu tal-amministrazzjoni tal-iskola, hija sforz konġunt bejn numru ta' għalliema u membri oħra tal-istaff, mhux biss għandha skop filantropiku, imma wkoll li trawwam spirtu ta' solidarjetà fil-ġimgħat ta' qabel il-festi tal-Milied.  Il-President ta' Malta, l-Eċċellenza Tiegħu George Vella, ser iżur is-Sixth Form t'Għawdex nhar it-18 ta' Diċembru 2023 biex jinawgura din l-attività filantropika.


Charlton Cefai