Wara d-delitt li seħħ dalgħodu, bosta qasmu l-ħsibijiet tagħhom dwar il-femiċidju u l-vjolenza domestika. Wieħed minn dawn huwa Dr. Nicholas Briffa, fejn dan kiteb post dwar x’mhijiex l-imħabba.

Dan kiteb li jekk l-imħabba tweġġgħek, tikkontrollak, fiha tibża’ li tkun dak li int, tumiljak, jekk hi biss sess, jekk tittradik, jekk tgħajjrek, tbikkik minflok iġġiegħlek titbissem, jekk taffetwak ħażin mentalment u jekk iġġiegħlek tħossok li int inqas minn ħaddieħor, fost oħrajn, mela din ma tkun imħabba vera.

“L-isem ta’ dan kollu huwa abbuż. U int ħaqqek l-imħabba. Ħafna imħabba. Hemm ħajja sabiħa barra minn relazzjoni abbużiva u tossika. Mhux faċli imma iva, hekk huwa,” kompla jikteb Dr. Briffa, b’dedika lejn il-vittmi ta’ vjolenza domestika, femiċidju, aljenazzjoni parentali u vittmi ta’ kull abbuż ieħor.

Facebook / Nicholas Briffa


Henzley  Bezzina