Il-kantanti lokali Amber u Ira Losco kellhom iċ-ċans li jaħdmu f'tim professjonali permezz ta' X Factor Malta, hekk kif intgħażlu bħala ġurija għar-raba' staġun. Fil-fatt ċertament li t-tnejn li huma apoġġjaw lil xulxin fil-karriera mużikali, u issa saru jafu lil xulxin aktar.

Amber xtaqet turi kemm tapprezza dan permezz ta' kelmtejn li qalet dwar Ira. "Dan il-vjaġġ ta' X Factor Malta kien inkredibbli, iżda waħda mill-aqwa affarijiet kienet li nsir naf aħjar lil din l-istilla hawn... L-isbaħ ħaġa dwarha hi li tagħti l-aqwa pariri. Ira Losco inti ġawhra."

Kelmtejn mill-isbaħ!


Kyle Zarb