Il-preżentatriċi bravissima Melanie Kelly kitbet messaġġ mill-isbaħ lill-imħabba ta' ħajjitha Sean, li bdiet vjaġġ ta' mħabba propju erba' snin ilu. Anniversarju speċjali għal din il-koppja ħelwa.

Melanie tikteb, "U mbagħad ġara l-iktar li mhux mistenni. Iltqajt miegħek. 14-il sena iżgħar minni. L-età ma taffettwax... l-imħabba li tgħodd. Erba' snin wara u hawn aħna. L-anniversarju t-tajjeb għażiż tiegħi... għal ħafna aktar."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt u Kellymni nawguraw lil Melanie u lil Sean snin twal ta' saħħa, hena, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbhom!


Kyle Zarb