Bħalissa jinsab hawn Malta l-attur internazzjonali Zachary Levi, magħruf għall-irwoli tiegħu f'Shazam!, għall-vuċi ta' Flynn Rider f'Tangled (l-istorja ta' Rapunzel), Thor: The Dark Worlds, għall-karattru ta' Toby f'Alvin and the Chipmunks: The Squeakquel, fost ħafna oħrajn.

Fuq Instagram, tella' stories li juru li kien qed idur madwar il-gżejjer Maltin fuq dgħajsa.

Popeye Village tellgħu wkoll ritratt tiegħu, hekk kif għamel żjara hemmhekk u ltaqa' mal-atturi tal-post.

Wikipedia, Variety, WhatCulture.com & Facebook / Popeye Village Malta


Bradley Cachia