It-telfa ta’ annimal domestiku li tkun tħobb u jkun ilu snin jgħix mal-familja qatt mhi faċli. Hawn min iqisha daqslikieku mewt ta’ bniedem ieħor!
L-attur Henry Zammit Cordina qasam kitba fuq Facebook b’ritratt tal-fekruna tiegħu li sfortunatament sabha mejta llum. Kiteb li l-aħħar li raha kienet qiegħda fil-proċess tal-hibernation, jiġifieri meta l-annimali jorqdu fil-fond għall-perjodu tax-xitwa biex iżommu l-enerġija mingħajr ma jieklu ħafna.
Wara li kienet ilha 55 sena miegħu, illum mar jiċċekkja kif inhi u sabha mejta!
Insellmulek, Gonzo.