L-attriċi rebbieħa ta’ diversi premjijiet Angela Bassett qasmet dawk li kienu l-aħħar kliem li Tina Turner qaltilha. Angela kienet interpretat lil Tina Turner fil-film bijografiku ‘What’s Love Got To Do With It’ li ħareġ fl-1993.

Angela Bassett tfakkar li ltaqgħet ma’ Tina Turner għall-ewwel darba biex il-kantanta tkun tista’ tara hi stess min kien se jkollu l-parti tagħha. Tina kienet marret fuq Angela, ħarsitha 'l fuq u' l isfel, tbissmet, u qalet b'leħen għoli, “Angela hija perfetta!".

Issa Angela żvelat x’kienu l-aħħar kliem li Tina qaltilha hekk kif ilbieraħ il-leġġenda ħallietna, “Int qatt ma imitajtni,” qalet Tina, “int fittixt fik innifsek, sibt lil Tina ġewwa fik, u wrejtha lid-dinja.”

Dan il-kliem żgur li kien ifisser ħafna għal Angela!


Bernard Xuereb