Illum tiċċelebra għeluq sninha Ella, oħt il-kantanta lokali Maxine Pace. F'dan il-jum speċjali, Maxine taqsam filmat b'numru ta' ritratti u filmat żgħar flimkien ma' oħtha ż-żgħira. Ella llum għalqet 21 sena!

Hi żżid, "Awguri f'għeluq il-21 sena lil oħti ċ-ċkejkna Ella. Qalbi tfur għax hi tant kburija għall-mara inkredibbli li sirt. Kull min għandu l-privileġġ li jafek huwa tassew imbierek, int ġawhra ta' vera u jien grata ħafna għalik."

Hi ttemm tgħidilha, "Ibqa' iddi, ibqa' oħolm u kompli kun il-persuna sabiħa, li tieħu tant ħsieb u tal-ġenn kif int. Inħobbok aktar milli qatt tista' tkun taf."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Ella l-isbaħ xewqat. Nittamaw li kellha jum mill-isbaħ u sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri Ella!

Instagram / Maxine 


Emil Calleja Bayliss