Jekk inti meta taqta’ l-arja, ma tiddejjaqx (jew anzi, tieħu gost ixxommha), m’intix l-ewwel wieħed! Anzi, din il-ħaġa hija komuni ħafna u hemm raġuni xjentifika warajha.

L-evidenza ġiet ikkonfermata minn blind test tar-riħa, u ħareġ li l-batterja li toħloq ir-riħa tkun unika għal kull persuna, u din maż-żmien issir sapportabbli mill-individwu.  Madanakollu, jekk issib ruħek issodd imnieħrek għar-riħa li titfa’ inti stess, dan x’aktarx ifisser li hemm bżonn xi tibdil fid-dieta tiegħek, speċjalment inqas ċanga, bajd, fażola u ikel ieħor b'ħafna kubrit. 

Barra minn hekk, is-sens ta’ familjarità mar-riħa tal-gass li nitfgħu aħna stess, ukoll hija parti mir-raġuni wara dan il-fatt, u wara għalfejn niddiżgustaw ruħna minn dik ta’ ħaddieħor.

Kont tafha din?


Marija Bellia